Il-Maġistrat tal-Għassa kellu joħroġ mandat t’arrest fil-konfront ta’ Robert Aquilina. Dan sostnietu l-Women’s Rights Foundation fi stqarrija fuq il-midja soċjali, li fiha kkundannat l-aġir tal-Maġistrat Kevan Azzopardi.
Dan wara li minkejja li l-professjonisti soċjali kkonkludew li mart Aquilina kienet f’riskju għoli, huwa ma laqax it-talba tal-Pulizija u baqa’ ma ħariġx mandat t’arrest fil-konfront ta’ Aquilina.
Il-Women’s Rights Foundation fakkru kif meta fil-passat in-nisa ma kinux ingħataw il-protezzjoni immedjata kien hemm ħajjiet li ttieħdu bl-aktar mod brutali.
Wara dan il-każ, Il-Women’s Right Foundation sostnew ukoll li hemm bżonn aktar taħriġ għall-ġudikatura u aktar miżuri biex il-vittmi jibqgħu siguri u l-aggressuri jinżammu aktar kontabbli.