Erbgħa u għoxrin siegħa ta’ prova u ta’ kuntrasti għal żewġ organizazzjonijiet li ilhom issa s-snin jikkuntrastaw u jikkompetu kontra xulxin, fuq min għandu l-aktar saħħa. Il-Partit Nazzjonalista u Repubblika.
Bernard Grech u Robert Aquilina, kumbinazzjoni barra d-Depot
Filli naraw lil Bernard Grech jumilja lilu nnifsu u jipprova jxejjen għajdud li kien se jirriżenja, filli l-‘pilastru’ ta’ Repubblika, in-Nutar Robert Aquilina jispiċċa d-Depot biex jirrispondi għal akkużi serji ta’ vjolenża domestika fil-konfront ta’ martu.
Bernard Grech l-ikkontrollat minn Repubblika, u Robert Aquilina li jikkontrolla lil martu.
Robert Aquilina u sħabu minn Repubblika barra d-Depot
Żewġt irġiel, l-isTess ideal, l-istess ambiżżjonijiet għall-poter, bl-istess avversarju, iżda bl-istess difett: Jimmilitaw f’organizazzjonijiet msejsa fuq il-mibgħieda, l-impika u l-ossessjoni kontra l-labour.
Filwaqt li Bernard Grech għandu l-isfida biex iżomm magħqud u rilevanti lill-PN li nħakem mill-estremisti mmexxija minn Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina, li nżerta ħu Robert ta’ Repubbliak, u issa hemm l-istess Robert Aquilina li se jkollu jġorr hu r-responsabbilta’ tal-implużjoni ta’ Repubblika, li issa tilfet kull awtorita’ morali li qatt seta’ kellha.
Iva, repubblika riesqa lejn l-implużjoni hekk kif iġġarrag il-pilastru tagħħa Robert Aquilina, li l-poplu kien dara bħala l-wiċċ, il-vuċi u gladjatur tar-Rule of Law fil-pajjiż.
Skoprejna min hu Robert Aquiina fil-ħajja privata tiegħu wara l-ħitan tad-dar tiegħu. Il-bniedem li jikkontrolla u jimmanipula u li jerfa’ idejh fuq martu.
Repubblika se timplodi għaliex l-alleanżi perikolużi u inċesti tagħha mal-Ġudikatura skandalizza pajjiż meta l-maġistrat Kevan Azzopardi trattah bl-ingwanti tal-qotton, u ma ħariġx mandat ta’ arrest minkejja li l-każ tal-mara kien ikklassifikat bġala wieħed ‘high risk’.
Repubblika se timplodi għaliex se tkun ikkonfrontata bl-ipokreżija ta’ stqarrijiet u pożizzjonijiet dwar il-vjolenża domestika u riċentement meta ħarġet qatta’ bla ħabel kontra r-riformi fil-Ġustizzja, partikolarment fejjn jidħlu l-Inkjesti Maġisterjali u l-ħatra ta’ Kummissarju għall-Istandards biex jissorvelja lill-Membri tal-Ġudikatura u l-imġieba tagħhom.
Minn-naħa l-oħra, l-aktar lpersuna li se jieħu vantaġġ minn dan kollu hu Bernard Grech, li mistenni jara lil Karol Aquilina aljenat u preokkupat fuq kif se tispiċċa din il-biċċa nkwiet li daħal fiha ħuħ Robert, u mill-banda l-oħra Grech se jara lil Repubblika tnaqqas il-kontroll tagħha fuq il-PN minħabba l-fatt li l-affarijiet fl-NGO m’għadhomx u mhux se jibqgħu business as usual.
Kwasi l-esponenti promineti kollha ta’ Repubblika, fosthom ukoll Jason Azzopardi ħolqu wisq problemi bl-imġieba tagħhom, u l-NGO issa spiċċat tilfetbmhux biss il-kredibilita’ iżda fuq kolloxtilfet l-awtorita’ morali li kienet temmen tant biha.
Robert Aquilina jista’ jħabbat fuq sidru u jiddikjara ‘Mea Kulpa’ għat-tiġrif u l-implużjoni imminenti tal-baby tiegħu Repubblika.
Jaf li gaħmel wisq ħsara lill-pajjiż u lil tant nies.
Karma is a bitch, jgħid l-Ingliż/
Veru Bernard Grech? Nemmen li mill-bieraħ filgħaxija bdejt torqod aħjar hux?