Il-President ta’ Repubblika Vicky-Anne Cremona ma kenitx taf bil-każ ta’ Robert Aquilina, saret taf biss meta tat-Times iddeċidew li jirrappurtaw wara ġurnata totalment assenti milli jsemmuha.
Cremona l-bieraħ filgħaxija kienet il-Belt flimkien ma’ xi ħbieb tagħha fejn kienet qed iżżur xi stabbilimenti fl-inħawi ta’ Ġieżu.
Meta kienet iffaċċjata min-nies li qalula ‘kien imħabbat illejla sieħbek’.
Wieġbet: ‘aħna llejla sirna nafu mit-Times’.
Il-President ta’ Repubblika Vicky Anne Cremona l-Belt il-bieraħ filgħaxija.
Dan ifisser – jekk hu veru li qalet – li kulħadd ta’ Repubblika jew kienu tassew aljenati jew litteralment f’koma, meta pajjiż sħiħ kien qed jitkellem dwar il-każ u l-meżżi soċjali kollha kienu qed isemu x’kien ġara u li Robert Aquilina kien id-Depot.
Barra minn hekk, minn dak li qalet Cremona, jidher li Repubblika hi daqstant għaqfa diżordinata u moħħa biss fil-Gvern u fil-Laburisti, li lanqas biss indenjaw iċemplu lil xulxin u jistaqsu x’kien qed jiħri.
Imma nifhimhom: Kollha jaqraw biss it-Times.
Jekk it-Times ma tgħidx l-aħbar, allura l-fatt ma jeżistix.
Ili nhgħidha, li ta’ Repubblika litteralment jgħixu f’dinja parallela.