Il-Maġistrat tal-għassa Kevan Azzopardi uża l-ingwanti tal-qotton ma’ Robert Aquilina ta’ Repubblika, meta irrifjuta li joħroġ mandat għall-arrest fil-konfront tiegħu, minkejja li l-assessment li sar fuq mart Aquilina, kkonkluda li l-każ hu ‘high risk’.
Din hi l-ewwel darba li l-Pulizija mit-Taqsima għall-Kontra l-Vjolenża Domestika kellha talba għal mandat ta’ arrest miċħid b’rapport ta’ assessment li jkun high risk.
Il-Maġistrat Kevan Azzopardi irrifjuta t-talba tal-pulizija għall-ħruġ ta’ mandat għall-arrest ta’ Robert Aquilina
Dan ifisser li l-Pulizija kellha ssejjaħ hi lil Aquilina fid-Depot minflok li tmur u tlibbislu l-manetti.
Ifisser ukoll li Aquilina ma jitressaqx b’urġenża iżda b’ċitazzjoni, minkejja l-assessment ta’ high risk.
In-nuqqas ta’ ħruġ ta’ mandat ta’ arrest mill-Maġistratbtal-Għadssa mistenni jqajjem putiferju fiċ-ċrieki legali għaliex kull persuna li tressqet il-Qorti b’assessment ta’ high risk kontriha, nżammet arrestat bla pleġġ. F’dan il-każ, Robert Aquilina kien privileġġjat.
Aquilina jinsab miżmum u qed ikun interrogat mill-Pulizija.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
Mix-xenati barra d-Depot, għall-interrogat fis-CID