L-attivist ta’ Repubblika u Nutar tal-Kurja Robert Aquilina kien msejjaħ u miżmum fid-Depot tal-Pulizija fi Floriana, wara li sar rapport lit-taqsima tal-Vjolenża Domestika kontrih.
Il-każ qed jiżviluppa f’dan il-ħin, fejn dan Aquilina qed ikun interrogat dwar ir-rapport li sar kontrih, fejn hu allegat li sakkar lil martu fil-kamra tas-sodda u beda jheddida.
Ir-rapport kontrih jallega ħafna ċirkostanżi ta’ kontroll abbużiv, iżda l-affarijiet eskalaw fis-siegħat li għaddew meta mir-residenża nstema l-għajjat, u kellhom jintervjenu l-Pulizija.
Mar-rapport li sar lill-Pulizija, sar assessment fejn kien konkluż li l-każ jitqies bħala ‘high risk’.
Intalab mandat għall-arrest li iżda kien miċħud mill-maġistrat tal-għassa, sakemm imbgħad dan Aquilina kien imsejjaħ id-Depot fejn jinsab f’dan il-ħin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.