Dan is-sit qed jippubblika d-Dritt għal Risposta mingand il-Partit Nazzjonalista b’referenza għall-istorja tagħna dwar iż-żjara ta’ Bernard Grech għand Huawei. Il-PN qed jiċħad kategorikament.
“Hi gidba assoluta li l-Kap tal-Oppożizzjoni u/jew id-delegazzjoni li kien hemm miegħu żaru xi fabbrika li hi tal-Huawei waqt li kienu fiċ-Ċina. Bi ftit riċerka kont tinduna li l-fabbrika li qed issemmi int hi tal-kumpanija Seres Group u mhux tal-Huawei, kif qed tallega b’mod qarrieri. Li tgħid mod ieħor mhu xejn ħlief miżinformazzjoni għaliex bi ftit riċerka tista’ tikkonferma li dan mhux minnu.”
NOTA EDITORJALI
Il-fabbrika hu tassew tas-Seres Group li madankollu tħaddem sistemi kollha Huawei, u s-superfactory li fi saret iż-żjara mill-kap tal-Oppożizzjoni tħaddem inġiniera u esperti fl-informatika ta’ Huawei.
Is-sistemi tad-data użati minn Ceres huma meqjusa bġala l-aqwa fit-teknoloġija ta’ Huawei, u fl-impjanthemm presenza kontinwa ta’ uffiċjali u tekniċi ta’ Huawei, li huma parti mit-tfassil tas-sistemi avvanżati tad-Dat Centreu teknoloġiji installati fil-karozzi.