Kemm qegħdin sew fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali!
L-ewwel itellgħu lil Nicole Brignone fuq il-pedana tax-xhieda, u tigdeb bl-aktar mod sfaċċat fuq l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, issa llejla, l-Avukat tal-AĠ fil-Qorti jgħid lill-ġurati, li ‘Nicoel Brignone ma tistax titqies bġala kredibbli!’
Tajba wkoll! Mela għaliex tellawha tixhed bħala xhud tal-istess prosekuzżjoni?
Nicole Brigone kienet minn jeddha, sentejn ilu, talbet li titkellem mal-Maġistrat Inkwirenti fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Qalet li semgħet lil ċertu Kevin Ellul jgħid, li hu kien sema’ mingħand ħaddieħor, li qal li Muscat kien ħareġ xi flus għall-qtil ta’ Caruana Galizia.
Kif ħareġ waqt l-istess ġuri gil-konfront tal-aħwa Robert u Adrian Agius (Ta’ Maksar) Jamie Vella u George Degiorgio, kemm il-Maġistrat Inkwirenti, l-AĠ u lanqas il-Pulizija ma vverifikaw dak li qalet li semgħet lil ħaddieħor jgġid li semgħa, kienx veritjier jew le. Le, anżi, qabdu u tellgħuha fuq il-pedana tax-xhieda waqt ġuri high profile, biex hekk, basta semmejna u deffisna lil Joseph Muscat!
Brillanti eh l-AĠ!
RITRATT: Nicole Brignone
Itella xhud, u joqtol il-kredibilita’ tal-istess xhud tiegħu!
U ma jistħix jgħidha lanqas lill-ġurati, li bil-paċenżja kollha għadu jaħlu siegħa minn ġinhom jisimgħu lil din Brignone, b’karriera kriminali, tgħid x’semgħet, imbgħad ‘ma niftakars, jew li dak iż-żmien kienet mifqugħa bis-drogi!.
U jmur iħallina l-AĠ!
Illum nasal biex nirraġuna li għalhekk forsi l-AĠ għadu ma ndenjax ruħu jwaqqa’ l-każ fażull dwar l-Isptarijiet, wara li ħarġu l-frejjeġ fuq kif tmexxiet l-Inkjesta u x’taħwid kien kemm fit-tfassil tar-rapport u kif u għaliex tressqu n-nies il-Qorti.
Quddiem dan kollu, nemmen li l-Uffiċċju tal-AĠ għandu jagħmel apoloġija uffiċċjali, għaliex f’pajjiż normali dawn l-affarijiet ma jsirux.
Ara fuq din, il-ħabib tagħna Mark camilleri u l-ispjun tiegħu Matthew Caruana Galizia ma jikkummentaw xejn!