Għażiż ‘Kap’ Nazzjonalista Bernard Grech, ħadt nota ta’ dak li qal il-kelliem tiegħek, il-ħabib tiegħi Nathaniel Attard, li fiċ-Ċina ‘ltqajt ma’ politiċi biss’.
Ċħadt li ltqajt ma’ xi rappreżentat tal-kumpannija multi-nazzjonali Huawei, u nsistejt li ltqajt ma’ politiċi biss.
Punt numru wieħed: Żgur, żgur politiċi biss?
Beppe Galea diġa wera bil-kontra.
Politiċi u makni? Imorru flimkien?
Jekk jgħoġbok, fakkarni din il-fabbrika tal-karozzi x’jisimha? U fejn hi eżattament. Naf li ħadt ħafna gost hemmhekk, u saħansitra tawk xi rigali hux.
Kollox naf ħabib, ma nimmissja xejn! Iżda qed nistenna mingħandek, għax hekk titlob l-etika hux.
Issa, qabel ma tlaqt għal din il-mawra fiċ-Ċina kont għedtilna, diskors fuq relazzjonijiet diplomatiċi maċ-Ċina, u semmejtilna laqgħat mas-‘settur kummerċjali u teknoloġiku’.
Hmmm…settur kummerċali u teknoloġiku….
Allura fehmni ftit, mela Huawei hi l-flagship tat-teknoloġija ta’ dan il-pajjiż kbir u avvanżat, u qed tgħidli li ltqajt ma’ kulħadd iżda mhux Huawei? Jekk qed tgħidli hekk, allura vera irrilevanti sirt, anki fiċ-Ċina!
Għalissa ħa noqgħod fuq il-kelma tiegħek, għax għasfur li ttajjar miċ-Ċina wassalli differenti, u rrakkontali ikla, fejn quddiemek mal-mejda, kien hemm direttur partikolari.
Ħa nibgħat WhatsApp malajr, għax jerġa jirrakkonatali kollox…