F’ċirkostanżi bħal dawn, ħsibijiet jmorru fuq x’qed jaħseb Richard Ccahia Caruana fuq Bernard Grech u f’liema stat jinsab fih il-Partit Nazzjoanlista llum.
Għaliex il-PN wasal f’punt tal-biki tant, li l-Moviment Graffiti saħansitra wasslet biex tat ċamata lil Bernard Grech u talbitu jagħmel ‘ir-riċerka tiegħu sew’ qabel ma jiftaħ ħalqu u jpeċlaq bl-addoċċ kif qed jagħmel fuq Manoel Island.
Mela mat-Times Grech jgħid li qed jieħu nota u japprezza l-petizzjoni biex Manoel Island ikun trasformat f’park nazzjonali, u fl-istess ħin meta mistoqsi speċifikament dwar jekk jappoġġjax il-petizzjoni fil-parlament, wieġeb, ‘għad irridu naqrawha biex ikolna pożizzjoni!’
Fi ftit kliem Bernard Grech ġareġ ta’ imbeċilli li jparla biss għall-gallarija, bla sustanża u bl-aktar mod irresponsabbli.
Grech jinsisti li ż-żewġ partijiet (il-privat u l-Gvern) għandhom iżommu mal-kuntratt oriġinali dwar l-iżvilupp ta’ Manoel Island,
Il-konsorżju Midi ilu sa mis-sena 2000, meta Eddie Fenech Adami kien Prim Ministru li ħadet il-konċessjoni għall-iżvilupp tal-ponta ta’ Tigne’ u Manoel Island, u sal-lum il-proġett mhux lest u fl-istess ħin nbiddlu anki ħafna mid-diretturi oriġinali.
Insomma, Manoel Island inbidel fi proħett ‘Smart City’ ieħor fejn dak iż-żmien Ministru Austin Gatt iwiegħed il-ġenna, u jagħti lura l-baħħ.
Din ta’ Manoel Island tgħid ħaqqha inkjesta pubblika?