Ryan Callus iffriżat, statiku u b’espressjoni mitlufa.
Il-kamera ta’ Television Malta waqt il-programm Xtra nhar it-Tnejn li għadda, ma setgħetx taqbdu aħjar milli kien, malli d-Deputata Laburista Rosianne Cutajar staqsietu jistax jgħid jekk waqt il-kwasi ġimgħatejn li qatta’ fiċ-Ċina Bernard Grech, iltaqax ma’ rappreżentanti tal-Huawei.
Il-mument li d-Deputat PN Ryan Callus iffriża għall-mistoqsija ta’ Rosianne Cutajar
Il-mistoqsija pertinenti ħafna, saret siegħat qabel ma l-bieraħ ħarġet fil-beraħ l-aħbar – mingħand Bernard Grech nnifsu – li kien hemm xi ħaġa u nżammet mistura.
Il-mistoqsija min-naħa tad-Deputata Qormija saret fl-isfond tal-kampanja ta’ attakki diżonesti tal-PN fil-konfront tal-MEP Daniel Attard.
Intant, il-bieraħ Bernard Grech, ikkonfrontat mill-mikrofoni ta’ One News, kien skars ħafna fit-tweġibiet tiegħu.