L-aħbar kienet miktuba ċara quddiemna għal ġimgħat sħaħ, sakemm fl-aħħar ħarġet fil-beraħ.
Bil-kumpannija Huawei tkun il-flagship tat-qawwa tat-teknoloġija Ċiniża, ma kienx hemm dubju li l-awtoritajiet Ċiniżi kienu se jlaqqgħu lil Bernard Grech ma’ rappreżentanti ta’ din il-kumpannija.
Grech ma kienx waħdu għal din il-laqgħa, kien hemm uffiċċjali oħra tal-PN li vvjaġġaw miegħu lejn iċ-Ċina, u dwar din il-laqga ma nħareġ l-ebda komunikat.
L-aħbar ixxejjen il-kampanja qarrieqa tal-Partit Nazzjonalista fil-konfront tal-MEP Daniel Attard, u fl-istess ħin is-segretezza tal-laqgħa xxejjen ukoll il-kritika li kienet saret lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat meta żamm taħdidiet fl-Ażerbajġan fl-2015.
Stennejt b’paċenżja u osservajt bil-galbu l-attitudni ta’ Bernard Grech meta tkellem dwar Daniel Attard.
Innutajtu kawt u ovvju li kien qed jitkellem dwarha għaliex qalulu li bilfors irid jattakka, anki jekk Deputat veteran li kien miegħu għal dik il-laqgħa fiċ-Ċina, baqa’ mistoħbi u ma tkellem xejn.
Kellu jkun illum li Bernard Grech kellu jobżoq is-sunnara dwar il-laqgħa ma’ Huaweim meta kien ikkonfrontat b’mokrofonu ta’ One News:
ĠURNALIST: “Dr Grech, meta kont iċ-Ċina, int iltqajt ma’ rappreżentant tal-Huawei? Tiċħad dan? Tiċħad dan Dr Grech?”
BERNARD GRECH: “Jiena żgur miniex bħal dak li qed jiġi allegat fil-każ ta’ Daniel Attard.”
Hawnhekk semma l-każ tal-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Daniel Attard, li mill-ewwel talab biex titneħħa l-immunità Parlamentari li jgawdi, waqt li ċċara l-fatti dwar il-każ minnufih.
Il-ġurnalist ta’ ONE News reġa’ staqsa mill-ġdid u Grech, għal darb’oħra, ħarab milli jwieġeb kif jixraq.
ĠURNALIST: “Tiċħadha din Dr Grech?”
BERNARD GRECH: “Kif għamlu rappreżentanti tal-Partit Laburista fil-Gvern.”
ĠURNALIST: “Żġur li qatt ma kellek laqgħat ma’ tal-Huawei?”
BERNARD GRECH: “Biex anke nitkellem dwar dak li pajjiżna jista’ jagħmel.”