Mill-biki quddiem il-kameras, għall-isfida sfaċċata lill-Kunsill li keċċiha mill-kariga!
Is-Sindku sfiduċjata tal-PN f’Ħal-Għargħur Helen Gauci għażlet li tisfida ‘head-on’ lill-istess Kunsill li keċċiha mill-kariga l-ġimgħa li għaddiet, u se torganizza ġita għal Għawdex għal rasha, minkejja li l-Kunsill qed jorganizza ġita identika hymejn qabel.
Ir-reklam li tefgħet fuq il-paġna Facebook tagħha, helen Gauci qed titlob ħlas ta’ €30 għall-kbar u €15 għat-tfal għal ġita li tinkludi ikla, mawra sax-xlendi u t-tombla.
Mhux maghruf fejn se jmur il-qligħ tal-ġita, iżda żgur li kemm il-Kunsill, kif ukoll ir-resident ta’ Ħal-Għargħur għadhom ma jafux kif Helen Gauci se tħallas il-€23,500 li qalet li se tiffinanżja minn butha għat-telf li sar mill-event tal-boxing fil-loklaita sena ilu. u li dwaru l-organizazzatur ikkonfronta lil Bernard Grech wara li Gauci naqset milli tippreżenta ruħa għall-appuntament biex tħallas.