Fi stqarrija għall-istampa, l-Partit Nazzjonalista qaleb ta’ taħt fuq u bażwar stqarrija tal-Prim Ministru Malti Robert Abela, li Malta se tirrikonoxxi lill-Istat Palestinjan.
Beppe Fenech Adami u Beppe Galea ffirmaw stqarrija ridikola li minflok faħħret jew appoġġjat lill-Prim Ministru u l-pożizzjoni li qed jieħu, ikkritikatu bħal donnu qatt ma ddikjara dan l-għarfien.
Ladarba l-Prim Ministru qal li Malta se tirrikonoxxi lill-Istat Palestinjan, hekk se jkun u m’hemmx bżonn firma dik il-minuta. La tkellem il-Prim Ministru, tkellem pajjiż, tkellem Gvern!
L-istqarrija tal-PN kompliettikxef l-immaturita’ u n-nuqqas ta’ għarfien tal-politika internazzjonali jew għallinqas tad-diplomażija.
Tal-PN mingħalihom jafu ħafna, bla ma ndunaw li l-bieraħ stess f’Madrid, il-Ministru Roderick Galdes, f’isem il-Gvern Malti kkomunika personalment mal-Prim Ministru tal-Istat Palestinjan bid-deċiżjoni tal-Gvern Malti, li minn-naha tiegħu, il-Prim Ministru Palestinjan irringrazzja lill-Gvern u l-poplu Malti għad-deċiżjoni.
Id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru se tittrasforma ruħha f’formalita’ meta l-istrumenti diplomatiċi kollha jkunu depożitati fil-fora internazzjonali u reġistrati bejn iż-żewp Gvernijiet.
Għal Beġġe Fenech Adami u ghal Beppe Galea, dan jidger li ma jafuħx.