Il-Prim Ministru Malti Robert Abela ħabbar dalgħodu li Malta se tibqa’ soda u voċifera biex ma tħallix it-traġedji umani bħal tal-Lvant Nofsani jseħħu iktar. Ħabbar ukoll qal li Malta lesta tilqa’ lill-pedjatra Dr Alaa Al-Najjar u lill-familja tagħha fostna li waqt li kienet qed tikkura lin-nies fi sptar fin-nofsinhar ta’ Gaża, tilfet 9 minn 10 itfal għax inqatlu innoċentament, u żewġha ndarab serjament.
Il-Prim Minsitru qal li Gvern immexxi minnu se jirrikonoxxi lill-Palestina bħala Stat.
Fakkar kif meta kien l-Albanija, kien wieħed minn 7 mexxejja minn 45 pajjiż preżenti li kellhom il-kuraġġ jiffirmaw dikjarazzjoni biex tgħaddi l-għajnuna umanitarja lejn Gaża. Dr Abela qal li Malta tant hi rispettata fil-komunità internazzjonali li reġgħet ġiet fdata biex tmexxi din id-darba bil-Presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa.