Kif qegħdin fiż-żifna, u li għal ċertu nies hu aċċettabbli li jingħata kuntratt lil Mark Camilleri, allura bl-istess kejl, il-Gvern għandu jkun ġeneruż ukoll ma’ Karol Aquilina u jdaħħlu konsulent miegħu, u anki jagħtih €10,000 bil-quddiem!
Għaliex ma jingħatax kuntratti wkoll lil Kevin Cassar, lil Robert Aquilina, Jason Azzopardi, jew lil Caroline Muscat?
Daqshekk hi stupida l-biċċa!
Daqshekk hi gravi l-aħbar dwar il-kuntratt lil Mark Camilleri, u donnu l-Ministru Owen Bonnici għadu ma fehemx jew ma jridx jifhem mhux biss l-assurdita’m iżda l-offiża li ħoloq lejn il-Laburisti, partikolarment dawk li Camilleri weġġa’ bil-kitba kattiva tiegħu.
Naħseb li Owen Bonnici ilu ftit ma jitkellem ma’ Rosianne Cutajar biex jisma’ mingħandha dwar kemm hu kattiv Camilleri, jew lili, lil Joseph Muscat, lil Robert Abela nnifsu.
Insomma, tħares lejha minn kwalunke naħa li tixtieq, tasal għall-istess konklużjoni.
Din hi ġennata totali, li trendi pożizzjoni tal-politiku li aċċetta, approva u ddefenda l-kuntratt bħala mhux aktar tenibbli.
Ġimgħa ilu l-gazzetta MlataToday żvelat l-aħbar dwar il-kuntratt, u ġimgħa wara għadna hawn nippruvaw insibu sens għaliha. La ma ngħatat risposta u wisq anqas spjegazzjoni.
L-agħar hu li Mark Camilleri mhux biss kien aġevolat bil-kuntratt ta’ €25,000, iżda saħansitra ‘paxxejnih’ b’għotja ‘upfront’ ta’ €10,000, kif malli mar jiddepożita l-pagament, dan intefa’ mal-computer tiegħu biex kompla jżid jivvomta l-ħdura tiegħu kontra l-Laburisti ħutna.
Sejħuli estremist. Ma nieħux għalija, iżda kif tista ma tkunx estremista quddiem bniredem ta’ din il-kwalita’ li dwaru għandi librerija sħiħa ta’ informazzjoni li kapaċi nitfgħu il-ħabs għal żmien mhux ħażin.
Mark Camilletri hu merċenarju li qed iħuf kontinwament biex jiġbor eluf kbar ta’ ewro mingħalih li hu xi Murdoch fil-media u mingħalih se jibni mediahouse.
Mark Camilleri qed ifittex li jibni imperu tal-media, biex jirbaħ l-influwenża u jgħix stil ta’ ħajja minn fuq dahar il-Laburisti fil-Gvern
Mhux se npaxxih, mhux se nħallih, mhux se naċċettaha.
Akkost li nkun l-uniku wieħed fil-pajjiż, se nibqa’ nsostni, biex jitwaqqaf dak il-kuntratt u ibgħatu lil Mark Camilleri jitnejjek darba għal dejjem!