Dan is-sit qed jippubblika filmati u ritratti tal-’emissarji’ ta’ Repubblika u Occupy Justice jkomplu jinsistu bl-akbar ardita’ li l-Monument Nazzjonali tal-Assedju l-Kbir fil-Belt hu tagħhom.
Wara l-Protest Ġudizzjarju ta’ Repubblika kontra sieħbi Neville Gafa, bl-iskop li jużaw il-Qrati u jwaqqfu mill-kampanja li ssejjaħ għat-tindif tal-placards għal Daphne Caruana Galizia, dalgħodu qbadnihom jerġgħu jmorru għand il-Pulizija tal-Belt biex jagħmlu rapport.
Akkumpanjati b’kelb żgħir daħlu fl-Għassa tal-Belt fejn insistew bl-Ingliż mal-Pulizija: ‘you must stop him!’ – ‘act now! fast! he is throwing away everything!’
QBADNIHOM: In-nisa ta’ occupy Juastice u Repubblika ħerġin bil-kelb mill-Għassa tal-Belt wara r-rapport fuq it-tindif tal-monument tal-Assedju l-Kbir.
Wara r-rapport, in-nisa marru jieħdu kafe lejn il-Monument fejn reġgħu ramaw il-Monument b’kartelluni u messaġġ kontra l-Gvern bl-iskuża ta’ Daphne Caruana Galizia.