Il-konvenjenża li jkunu krudili, basta kontra l-labour u determinati li jkissru lill-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Daniel Attard, il-Partit Nazjonalista, il-media tiegħu u s-satellita Repubblika komplew bil-kampanja assurda u qarrieqa.
Tal-PN jafu li l-awtoritajiet Belġjani m’għandhom xejn kontra Daniel Attard għajr li attenda logħġba football fuq stedina tal-asistent Ungeriż tiegħu, u sab li l-post kien f’corporate box mħallas mill-kumpannija multi-nazzjonali Ċiniżaa Hwawei.
Ġara li waqt li kien għal logħba feġġ rappreżentant ta’ Hwawei, li minn-naħa tiegħu beda konverżazzjoni mal-MEP, u t-tnejn ftehmu għal laqgħa formali, li saret u kienet reġistrata skont il-prassi tat-trasparenza.
Dak hu kollox, iżda għall-PN, kif tidħol il-kelma investigazzjoni, jew inkjesta, dawn imorru fuq overdrive u jibdew bl-eżaġerazzjonijiet, il-konġetturi u t-tfigħta’ tajn.
Filwaqt li dawn ħasbu li aħna nsejna fuq l-affidavit tal-eks assistent personali ta’ David Casa li kixef dettalji importnati dwar x’;jagħmel Casa fil-ħin liberu tiegħu, dawn baqgħu jippruvaw inessu jew imewwtu l-istorja billi tawha l-ġenb u għaddew lil min kixef b’miġnun.
Casa kien hedded b’libell, iżda sal lum erba’ snin wara l-pubblikazzjoni ta’ dak l-affidavit, m’għamel xejn!
Sadanittant, is-satelliti tal-PN bħal Repubblika u d-dixxipli tiegħu, bħal Andrew Borg Cardona u sħabu għaddejjin fuq il-media soċjali jfajjru akkużi bl-addoċċ.
Nazzjonalisti oħrajn intant, qed ifakkru lil Borg Cardona li m’għandux jiftaħ ħalqu gfħaliex l-affarijiet fid-dar Ċentrali m’humiex sbieħ affattu.
Fakkruh ukoll li l-pulizija Belġjana mhix xi Pulizija li wieħed jista’ jorbot ħafna fuqha, kif juri ħafna fatti storiċi!
Oħrajn fakkruywkoll f’każ agħar minn dak allegat fil-konfront ta’ Daniel Attard, dik ta’ Roberta Metsola u rt-raġe;l tagħha.