Minn rajh, qabel biss gie mitlub, u minghajr ma hemm ebda allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni fil-konfront tieghu, l-MEP Daniel Attard talab biex b’effett immedjat titnehhielu l-immunita’ parlamentari sabiex ikun jista’ jirrispondi ghall-mistoqsijiet kollha, u jaghti l-fatti kollha.
L-MEP Attard ma hu qed jaffaċċja l-ebda akkużi u quddiem dan kollu Daniel Attard wera mhux biss dispozizzjoni shiha, u bla ebda kundizzjoni biex jispjega, izda sahansitra talab hu stess li titnehhilu l-protezzjoni li taghtih il-kariga ta’ MEP, biex ikun jista jirrispondi l-mistoqsijiet kollha u jispjega l-fatti kif sehhew.
Mhiex sorpriża li tal-PN iridu jkissru lil xi ħadd tal-Partit Laburista. Hekk għamlu fil-konfront ta’ nies bħal Carmelo Abela u Owen Bonnici u wara li ħarġu ta’ giddieba lanqas kellhom id-diċenza jitolbu imqar skuża.