X’se jagħmlu issa ta’ Repubblika u tal-Partit Nazzjonalista, se jaqbżu u jiddefendu lil Ursola Von der Leyen issa li l-Qorti sabet ‘irregolari’ n-nuqqas ta’ pubblikazzjoni tal-messaġġi privati bejn il-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-kap Eżekuttiv tal-multi-nazzjonali Pfiżer dwar in-nefqa multi-biljunarja għall-vaċċin tal-Covid?
Von der Leyen hi ‘minn tagħhom’ u għalhekk Repubblika, il-PN, David Casa u saħansitra nażżarda ngħid ukoll Roberta Metsola, u għalhekk żgur mhux se jikkummentaw xejn dwar l-iskandlu PfizerGate. Mhux interessati. Għalihom qisu ma kien xejn.
Ara fuq l-eks Prim Ministru Joseph Muscat!
Le lil dak nattakkawh b’kemm jista’ jkun saħħa. Għax jismu Joseph Muscat u rebħilhom fuq li rebħilhom!
Lil Muscat anżi nagħmlu minn kollox biex nippruvaw inżebilħuħ u nagħmlu l-konġetturi fuq id-data fit-telefon tiegħu.
Ipokriti!