F’tentattiv ċar biex ibenġel l-oxxenitajiet li ħerġin fil-Qorti dwar il-mod ta’ kif tmexxew l-affarijiet mill-Maġistrat Gabriella Vella fl-Inkjesta dwar l-Isptarijiet, il-perċimes ta’ Repubblika Robert Aquilina nfexx f’attakk aħrax kontra l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa.
Aquilina żvela li ħa l-iniżjattiva li jmur hu personalment is-CID fejn irrilaxxa stqarrija awdjo-viżiva fejn skont hu l-Kummissarju ‘għamel minn kollox biex il-persuni msemmija ma jkunux interrogati’.
Aquilina iżda naqas milli jispjega li kienet il-Maġistrat Gabriella Vella nfisha li ordnat li jinħarġu l-akkużi, kontra għadd ta’persuni li ssemmew fl-Inkjesta, fosthom l-eks Prim Ministru Joseph Muscat.
F’post twil fuq Facebook, Robert Aquilina żewwaq l-attakk tiegħu billi qal li l-Kummissarju ma riedx li jkun hemm xi ħadd li seta’jikkollassa taħt l-0interrogazzjoni u jiżvela xi dettalji, u li l-Kummissarju ma talabx għal xi maħfra Presidenżjali biex toħroġ il-verita.
Filwaqt li dak li qal Aquilina jammonta għal konġettura u attakk bla bażi, kien ovvju li l-attakk tiegħu fuq il-Kummissarju ma kien xejn għajr devjazzjoni u attentat biex jgħatti l-oxxenitajiet li ħerġin waqt kull seduta fis-smigħ tal-każ, fejn l-esperti ma jridux jixhdu jew jikkonfermaw il-konklużjonijiet tagħhom stess, u li kollha qed ixolju l-kumpanniji rispettivi tagħhom.
Mix-xhiedha li ħarġet, jirriżulta li esperti ma kienux lanqas mogħtija l-ġurament, u kien hemm min lanqas kellu l-jedd legali biex iwettqu l-irwol tagħhom bħala esperti jew li jagħmlu tfittxijiet fi djar u f’uffiċċji u li jissekwestraw mobiles u computers.
Osservaturi legali spjegaw kif Robert Aquilina jaf ċar li l-każ kontra Joseph Muscat se jikkollassa minħabba dawn in-nuqqasijietkollha mwettqa mill-Maġistrat Gabriella Vella, u b’ehekk qed jipprova jiddevja u jitfa’ l-ħtija tal-istraġi tal-inkjetsa multi-miljunarja fuqn il-Kummissarju tal-Pulizija.