Illum jimmarka 80 sena mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinija, u Jum l-Ewropa.
F’din il-ġurnata, aħna l-Ewroj nagħtu ġieħ lill-fundaturi De Gasperi, Adenauer, Schumann, De Gaule, lkoll eroj, viżjonarji u fuq kollox paċifisti, li mill-gwerra qerrieda tgħallmu leżżjoni kbira u ħadmu biex waqqfu Ewropa għall-Paċi, bil-wiegħda: ‘qatt aktar!’.
Fil-kapitali kollha Ewropej Jum l-Ewropa qed titfakkar b#sensiela ta’ attivitajiet u diskorsi, filwaqt li l-President tal-Parlament Ewropew, il-Maltija Roberta Metsola tkellmet fuq il-meżżi soċjali fejn sostniet li l-‘Ewropa għadha proġett ‘work in progress’. Bullshit!
L-Ewropa hi proġett li ħadmet tul dawn id-deċenni li għaddew, u kellhom ikunu politiċi tat-tip ta’ Metsola li waslet mhux biss biex taħdem u titradixxi lill-pajjiża stess, iżda fuq kollox itrattiet il-prinċipju bażiku u ewlieni tal-Ewropa, dik li tkun forża għall-paċi.
Ma nista qatt ninsa nara lil Metsola fuq SkyTg24 tlett snin ilu tkun intervistata waqt imsejħa ‘konferenza ta’ donaturi’ mhux tal-flus iżda għall-armi lill-Ukrajna.
Metsola abbandunat l-irqol paċifista tal-parlament ewropew u għażlet li tieħu naħa bl-aktar mod aggressiv, u minflok id-diplomażija għażlet li tmexxi l-Ewropa lejn l-armamenti u l-kunsinni tal-armi lejn l-Ukrajna, flok il-medjazzjoni għall-paċi.
Metsola rnexxiela tikkonvinċi lill-Ġermanja tesporta t-tankijiet u l-missili lejn l-Ukrajna.
Metsola abbandunat u injorat id-diperazzjoni tal-poplu Plaestinjan, u għażlet lil Iżrael li wettaq ġenoċidju fuq tfal, nisa u anżjani Palestinjani.
Fl-2003 jien ivvutajt għas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Jien Ewropejista, iżda llum ma nagħrafx lill-Ewropa li vvutajt għaliha. L-Ewropa tuilfet ruħa u l-iskop għal xiex twaqqfet.
L-Ewropa ta’ Metsola mhix l-Ewropa ta’ Eddie Fenech Adami u Joe Borg.
L-Ewropa ta’ Metsola hi l-Ewropa tas-CDU tal-Ġermanja li falliet lill-Ewropej u lill-Ġermaniżi stess, u trid il-manifattura tal-armi minflok li jkunu mgħejjuna l-ħaddiema u l-familji Ewropej.
L-Ewropa ta’ Metysola hi marida, hi nsostenibbli u m’għandhiex ħajja twila.