Bernard Grech u l-kollaboraturi tiegħu għażlu l-Mellieħa bħala l-post fejn se jkun qed jitkellem nhar il-Ħadd li ġej, bl-iskop li jkollu udjenża biżżejjed biex jibgħat messaġġ lura lill-‘estremisti’ li ‘għad għandu appoġġ’.
L-għażla tal-Mellieħa, kkordinata minn Envin Bartolo li kien strumentali biex ħames snin ilu ttajjar Adrian Delia minn Kap, bħalissa għaddej b’ħidma kbira fost l-attivisti biex jikkordina l-elezzjonijiet tal-Kumitati Sezzjonali u jsaħħaħ l-appoġġ lejn Grech, u jimblokka kull tentattiv tal-estremisti ta’ Karol Aquilina milli jtajjrulu l-Kap li ħadem għalih.
Hu mifhum li nhar il-Ħadd li ġej, se jkun hemm attakk kontra t-tmexxija ta’ Grech u ieħor ntiż biex jikber l-appoġġ għal Alex Borg biex isir Kap tal-PN, fl-isfond tal-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika fil-MaltaToday li ħareġ ftit qabel l-Għid il-Kbir.
Xogġol Emvin Bartolo bħalissa hu li jdur lill-attivisti fil-lokalitajiet madwarb il-pajjiż biex iżomm jew iżid ir-rappreżentanża tal-pro-Grech fil-Kumitati Sezzjonali, u ma jħallix spażju lil nies li potenżjalment jaslu biex irewwħu ribelljoni kontra Grech.




