Il-prova ta’ kif il-Partit Nazzjonalista jaġixxi biss b’mod partiġġjan u jaħdem biss biex jagħmel il-ħsara lin-nies, toħroġ mis-skiet assolut tal-esponenti tiegħu fuq l-iskandlu li qed jiżviluppa dwar il-priġunier Erin Tanti, u kif dan rnexxielu jtaqqal tfajla waqt li qed jiskonta piena ta’ 20 sena fuq qtil ta’ tfajla.
Filwaqt li l-PN għamel kampanja qalila kontra Alex Dalli, l-eks Direttur tal-Ħabs ta’ Kordin, kif ukoll kontra l-Ministru Byron Camilleri, issa għażel li jkun mutu bl-iskop speċifiku li ma jiftaħx il-bieb li titfa’ r-responsabbilta’ fuq il-Profs. Andrew Azzopardi.
Il-Profs Andrew Azzopardi
Azzopardi, li bħalissa jinsab fuq ‘leave’ mill-Universita’ hu maħsub li se jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali li ġejja, u hu nvolut fit-tfassil tal-manifest elettorali tal-PN flimkien ma’ George Vidal Zammit.
La l-PN, u lanqas Peppi Azzopardi ma lissnu kelma waħda fuq il-każ Erin Tanti.
Erin Tanti
Il-PN jaf li kien il-Profs. Andrew Azzopardi li għamel minn kollox, u dan hu ppruvat b’għadd ta’ emails indirizzati lill-Universita’ kif ukoll lil għadd ta’ awtoritajiet governattivi, biex Tanti – eks għalliem tad-drama – li kien instab ħati li wassal għall-mewt taż-żagħżugħa Lisa Marie Zahra fl-rdum ta’ Ħad-Dingli, jingħata l-opportunita’ li joħroġ minn Kordin biex imur kors l-Universita’ u fl-istess ħin ikollu l-privileġġ għal contact visits.
Is-serjeta’ tal-każ tat-tqala ta’ tfajla minn Erin Tanti joħroġ mill-fatt li Erin Tanti, anki meta kien ikollu l-prosin leave kien ikun il-ħin kollu mgħasses minn gwardjani, hu kif rnexxielu jtqaal lil din it-tfajla.
Diviżjoni fil-Ħabs ta’ Kordin
Skont investigaturi, l-uniku meżż possibbli fiċ-ċirkostanżi hu li Tanti possibbilment ħareġ l-isperma tiegħu llegalment mill-ħabs permezz ta’ terża persuna li kienet iżżuru ta’ spiss.
Nifhmu li qed ssir analiżi tal-perjodu tal-bidu tat-tqala ta’ din it-tfajla mal-viżti fil-ħabs ta# ċerti nies, bl-iskop li jinstab tarf dan ir-reat serju ħafna.