Il-fazzjoni estremista fi ħdan il-Grupp Parlamentari Nazjonalista mmexxija minn Karol Aquilina qed tlesti l-armi biex jużaw il-każ Chambrai kontra d-Deputat Għawdxi Alex Borg, u li dwaru l-Kummissarju għall-Istandards sabitu ħati bi ksur ta’ etika.
F’sensiela ta’ messaġġi WhatsApp li għaddew illejla bejn numru ta’ Deputati leali lejn Aquilina, kien deċiż li r-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards li jikkundanna lil Alex Borg fuq dikjarazzjonijiet mhux veritjieri dwar l-iżvilupp tal-Forti Chambrai, għandha sservi bħala ‘l-opportunita’ tad-deheb’ biex jittieħdu l-passi kollha neċessarji kontra Alex Borg, li tibda minn stqarrija, sospensjoni u tkeċċu=ija eventwali mill-PN tad-Deputat Għawdcxi.
Nifhmu li mill-messaġġi WhatsApp li kienu skambjati llejla, il-membri tal-PN li jpoġġu fuq il-Kumitat Permanenti tdwar ix-Xogħol tal-Kamra, fosthom Mark Anthony Sammut għandhom jivvutaw kontra Alex Borg bil-iskop li jkun iċċensurat mill-Kamra u mġiegħel jumilja ruħu u jitlob apoloġija lill-Parlament.
Il-mossa ‘opportunista’ tal-estremisti fil-PN kontra Alex Borg, hi ċ-ċirasa fuq il-kejk li kienu qed jistennew biex ipattuha lild-Deputat Għawdxi għat-telefonata ta’ solidarjeta’ li kien għamel lill-iSpeaker nġlu Farrugia wara x-xenata ta’ Karol Aquilina fil-Kamra, kif ukoll għas-safra li għamel flok ma attenda l-Parlament biex jivvota kontra l-emendi għal-Liġi dwar l-Inkjesti Maġisterjali, u li m’attendiex għall-protesta tal-borom ta’ Repubblika barra l-Parlament.
Filwaqt li Alex Borg kien qed ikun akkużat minn Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami bħala wieħed mid-Deputati PN li allegatament għandu ‘insurance’ mal-Partit Laburista, wasslu wkoll biex kien organizzzat attakk kontrih minn Kevin Cassar li ddeskrivih bħala ż-żiemel ta’ troja tal-PL fi ħdan il-PN.
Il-każ mqajjem mill-kandidat Laburista Jesmond Bonello mal-Kummissarju għall-Istandards fil-konfront ta’ Alex Borg dwar il-Forti Chambrai, issa ħadet xejra ferm akbar minn sempliċi ħtija ta’ ksur ta’ etika, għaliex mill-lejla qed tqajjem il-maltempata qalila li se taqsam lill-PN u tixpruna l-akbar rivolta fl-istorja tal-eżistenza tal-PN.
Mil-lejla stess, nies leali lejn Alex Borg qed iħejju ruħhom għal showdown mal-estremisti, filwaqt li l-Kap Bernard Grech li wkoll qed jiffaċċja l-pressjoni biex jitlaq, se jispiċċa mbiċċer fit-taqtigħa li ġejja.
Il-kbir għadu ġej.