Il-Kunsilliera PN Rose Piccinino, li tiġi omm l-eks Segretarju Ġenerali tal-PN – illum Kandidat għall-elezzjoni – Michael Piccinino, qabdet u ppruvat taħti ‘spalla’ lil binha, billi qabdet u attakkat lil Trasport Malta fuq il-ħtieġa ta’ soluzzjoni għall-periklu li hemm f’salib it-toroq ma’ Triq Palma f’Raħal Ġdid.
Bil-post tagħha, tattakka lil Transport Malta, Rose Piccinino qabdet u injorat id-direttiva tas-Sindku Laburista Jason Silvio u tal-minority leader tagħha, n-Nazzjonalist Roderick Caruana, biex fil-jiem li ġejjin – lkoll – bħala Kunsill joħorġu stqarrija għall-istampa konġunta b’appell lil Transport Malta biex tinstab soluzzjoni b’traffic management adegwat għal salib it-toroq ma’ Triq Palma, li ta’ spiss qed tara inċidenti serji tat-traffiku.
Mkejjen viċin il-Kunsill Lokali spjegaw lil dan is-sit, li l-mossa ta’ Rose Piccinino kien attentat biex tipprova tagħti spalla lil binha Michael, li qed jitħabat f’Raħal Ġdid biex jikseb l-appoġġ meħtieġ u jkun elett fil-Parlament fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Michael Piccinino li telaq mill-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-PN xahar ilu biex ċeda postu lil Charles Bonello, qed isib ostilita’ kbira fuq id-distrett mill-kandidati rivali Mark Anthony Sammut u Duncan Borg Myatt, li huma leali lejn il-fazzjoni estremista tal-PN ta’ Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami.
Ftit tal-jiem ilu, Michael Piccinino spiċċa biex għamel ‘żjara ta’ korteżija’ lill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid fuq stedina ta’ ommu stess!
Parents Day! Michael Piccinino ma’ ommu Rose waqt iż-żjara ta’ ‘korteżija’ lill-Kunsill Loakli ta’ Raħal Ġdid
Dwar il-periklu ta’ Triq il-Palma, Rose Piccinino taf li l-Kunsill Loakli ilu żmien twil jitlob għal soluzzjoni ta’ traffic management ma’ Transport Malta, u kien għalhekk li din il-ġimgħa stess kienet mistennija stqarrija tal-Kunsill kollu dwar dan, fl-isfond ta’ inċident tta-traffiku ieħor li seħħ nhar it-Tnejn li għadda.
Salib it-toroq ma’ Triq Palma f’Raħal Ġdid fejn seħħ inċident tat-traffiku ieħor nhar it-Tnejn filgħodu.