Il-gazzetta ‘In-Nazzjon’ tal-Partit Nazzjonalista, dalgħodu ppubblika bi prominenza fuq l-ewwel paġna, ripetizzjoni ta’ aħbar falża li l-ġurati fil-ġuri kontra l-aħwa Agius (Ta’ Maksar) ntwerew ritratt li juri lill-eks Ministru Chris Cardona mal-aħwa Degiorgio ftit jiem qabel ma nqatlet Daphne Caruana Galizia.
Dan is-sit il-bieraħ wera b’mod esklussiv ir-ritratt li ntwera lill-ġurati mill-espert Martin Bajada, iżda Chris Cardona ma jidher mkien!
Ir-ritratt muri l-bieraħ lill-ġurati, u li fih Chris Cardona ma jidher mkien!
Din hi t-tieni darba f’ġimgħa li f’dan il-ġuri seħħew affarijiet strambi ħafna, wara li l-ġimgħa li għaddiet, il-prosekuzzjoni pproduċiet xhud mara li għall-għarrieda qabdet u sostniet li semgħet lil xi ħadd jgħid, li qallu ħaddieħor li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat ħallas lil xi niex biex joqtlu lil Caruana Galizia.