Is-skiet ipokrita tal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fuq l-Iżrael mhux biss itarrax, iżda jqalla lill-Ewropej bl-ipokreżija tagħha.
Metsola mhux biss ma qalet assolutament xejn dwar il-każ tal-bastiment ‘Conscience’ u l-allegat attakk bid-drones Iżraeljani ftit il-barra mill-ibħra Maltin, iżda lanqas indenjat ruħha li tglissen kelma waħda ta’ kundanna lejn il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu li l-bieraħ kiseb l-approvazzjoni tal-Kabionett tiegħu biex ikun jista’ ‘jaħtaf’ l-istrixxa ta’ Gaża.
Tant hu hekk li sbieħ dalgħodu, mijiet ta’ suldati Iżraeljani armati b’tankijiet u nġenji oħra tal-gwerra daħlu u ħatfu t-territorju Palestinjan taħt idejhom.
Metsola iżda, ma tqis lill-poplu Palestinjan daqs il-poplu tal-Ukrajna, u tippreferi tpaxxi lill-Iżrael u minn fuq takkuża lill-Partit Laburista li hu beda n-narrattiva li aġixxiet bħala ‘enabler’ tal-ġenoċidju tal-pġoplu Palestinjan mill-Iżraeljani.