Ikomplu jgerrbu x-xhur u l-ġimgħat u l-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech jibqa’ bla ma jippubblika l-ebda kontijiet finanżjarji!
Grech u l-Partit Nazzjonalista donnhom jaħsbu li l-poplu Mlati u Għawdxi jinsa, iżda aħna ma ninsewx li mindu Grech sdar Kap tal-PN, dan il-partit għadu ma ppubblika l-anqas riga waħda, li hi waħda ta’ rendikont finanżjarju skont kif titlob il-Liġi dwar il-Finanżjament tal-Partiti.
Grech u l-PN jippontifikaw fuq ir-Rule of Law u l-governanza t-tajba u fl-istess ġin jibqa’ bla ma jippubblika l-ebda accounts!
Kemm se jdumu jitnejjku bin-nies u jgħidulna li lesti jiggvernaw meta lanqas il-finanzi tagħhom stess m’huma kapaċi jżommu sura ta’ nies?