L-iskema taċ-ċittadinanza b’Investiment (IIP) li l-MEPs Nazzjonalisti Roberta Metsola u David Casa ħadmu b’saħħa biex itellfuha lil Malta, kisbet għal Malta mal-€1.6 biljun, li minnhom ibbenefikaw eluf kbar ta’ ħaddiema u negożji Maltin matul il-Covid, filwaqt li bbenefikaw għadd ta’ organizazzjonijiet volontarji, foshom Puttinu, Caritas, Hospice u l-Każini tal-Baned.
Dan joħroġ minn statistika pubblikata mill-Gvern u riprodotta minn The Times, li tispjega kif f’10 snin ta’ IIP, il-poplu Mlati u Għawdxi kiseb fond sostanżjali ta’ għajnuna finanżjarja bis-saħħa tal-kontribuzzjonijiet tal-applikanti għall-0iskema.
AQRA R-RAPPORT TAT-TIMES HAWNHEKK:
Filwaqt li l-ġimgħa li għaddiet il-Qorti Ewropeas tat deċiżjoni kontra Malta b’riżultat tal-kampanja qwalila ta’ Metsola u Casa kontra din l-iskema, nhar l-Erbgħa li ġej, fil-Parlament Ewroipew mistenni jsir dibattitru fuq Mlata u din is-sentenża fuq talba tal-EPP li kienet l-aktar voċifera kontra Mlata.
Dan id-dibattitu, li għaliha Metsola u Casa se jiżguraw aktar ħsara lil Malta, mistennija wkoll jitkellmu numru ta’ MEPs kontra Malta.