L-attivisti ta’ Occupy Justice u ta’ Repubblika esprimew ir-rabja tagħhom għat-tneħħija tal-affarijiet kollha mal-monument tal-Assedju l-Kbir, u sostnew li għalihom dak il-monument hu ‘sit ta’ protesta’.
F’għadd ta’ posts fuq is-siti soċjali, l-attivisti nfexxew f’tgħajjir lejn Neville Gafa li ħabbar il-bieraħ filgħodu li wara seba’ snin li spiċċa kkapparat minn Repubblika u minn Occupy Justice, il-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt, sebaħ imnaddaf minn kull poster, placard jew messaġġ fuq Daphne Caruana Galizia.
Il-monument tal-Assedju l-Kbir kif deher il-bieraħ filgħodu, mdannaf minn kollox wara seba’ snin ikkapparat mill-attivisti tal-Occupy Justivce u Repubblika
Fil-posts tagħhom, l-attivisti sostnew li mhuxs e joqgħodu għall-intimidazzjoni ta’dak li fissru bħala ‘bullies’ u wiegħdu li se jirritornaw jagħmlu l-affarijiet ma’ dan il-monument nazzjonali.