Wasal l-attakk qalil fuq it-tmexxija ta’ Bernard Grech, u din id-darba ġiet minn ħdan id-Dar Ċentrali stess minn SideStreetMalta li topera propju minn ħdan id-Dar Ċentrali stess!
SideStreetMalta li tuża d-Dar Ċentrali bħala l-bażi tagħha hi mmexxija minn Jordan Galea Pace, li hu magħruf għall-qrubija tiegħu ma’ Repubblika u l-establishment tal-PN, tant li dan l-aħħar kien ta spalla kbira lill-protesta li falliet fil-Belt bil-borom u l-imgħaref tal-injam.
Jordan Galea Pace
L-attakk tal-lum, b’editorjal li jsejjaħ għat-tneħħija ta’ Bernard Grech bħala l-Kap tal-PN hu – skont is-sorsi tagħna – kkordinat minn Repubblika, u ġejja bil-barka tal-aħwa Karol u Robert Aquilina.
Is-sorsi tagħna spjegawlna li l-attakk hu ritaljazzjoni ta’ Repubblika għan-nuqqas ta’ appoġġ ta’ Bernard Gtrech u tal-PN lejn l-isforżi għal aktar militanża kontra l-Gvern Laburista.
Nifhmu li l-attakk tal-lum qajjem furur fi ħdan id-Dar Ċentrali, tant li Nathaniel Attard li llum imexxi l-komunikazzjoni tal-PN diġa ddiskuta l-futur ta’ SideStreetMalta fi ħdan id-Dar Ċentrali, tant li f’komunikazzjoni li saret ma’ diversi uffiċjali tal-PN illum stess, inkluż mas-Segretarju Ġenerali Charles Bonello, dan qed iqis lil SideStreetMlata bħala ż-żiemel ta’ Troja ta’ Repubblika fid-Dar Ċentrali stess.