Dan Bernard Grech ħelu wisq!
Dalgħodu qal li jrid laqgħa ‘urġenti’ mal-Prim Ministru Robert Abela biex ikun jista’ jiddiskuti miegħu dak li fisser bħala ‘il-kriżi’ tal-bastiment bla bandiera barra l-ibħra Maltin, u li allegament intlaqat minn attakk bi drones Iżraeljani waqt li kien fi triqtu b’għajnuna umanitarja lejn Gaza.
Grech li kien qed jitkellem fuq Net Television, qal li l-Gvern Mlatin jeħtieġ jaġixxi.
Li ma qalx Bernard Grech li s-soluzzjoni tinsab f’idejh billi jaqbda it-telefon u jċempel lill-MEP tiegħu Roberta Metsola, Maltija u President tal-Parlament Ewropew biex tiftaħ ħalqha u mhux tibqa kwieta.
Grech għandu jeżiġi li Metsola tibda l-proċess għal sanżjonijiet tal-Ewropa kontra l-Iżrael.
Imma Bernard Grech hu chicken. M’għandux il-bajd jagħmilha u minflok idur fuq il-Gvern Malti.