L-establishment Nazzjonalista reġa’ għolla rasu permezz ta’ żewġ attakki separati, wiħed fuq Bernard Grech u l-ieħor fuq Alex Borg.
Fl-ewwel każ kien l-eks strateġista u eks Kap tal-Komunikazzjoni ta’ Bernard Grech Alessandro Farrugia li fetaħ l-attakk fuq Grech billi kkummenta fuq Facebook li l-PN ma jridx jiqata’ mill-passat u jibqa’ statitiku fejn kien.
Farrugia uża l-kanużunetta ‘we take the chance’ tal-Modern Talking bħala eżempju, fejn il-PN jibqa’ juża din il-kanżunwtta waqt il-manifestazzjonijiet tiegħu, minkejja li għaddew kwasi 30 sena mindu kienet varat fil-kampanja tal-1998,
Il-kwistjoni tal-post mtella’ fuq Facebook minn Alessandro Farrugia qajjemet reazzjoni mingħand id-Deputat Albert Buttigieg li sostna li Farrugia seta’ għandu xi ‘għeneb qares’ x’jomgħod.
Iżda l-punt hu li Alessandro farrugia ilu aktra minn erba’ snin li nqata’ minn mal-PN, u llum jaħdem bħala Avukat fi ħdan l-uffiċċju legali ta’ ħadd għajr Jason Azzopardi, li kontra Bernard Grech għandu ħafna pendenżi.
Ħafna fil-PN qed iqisu l-kumment ta’ Farrugia bħala attakk ta’ Azzopardi fil-konfront ta’ Bernard Grech fl-isfond tas-survey tal-MaltaToday ftit qabel l-Għid, u li ċ-ċirkostanżi ħallew id-diskussjoni fil-PN dwar ir-riżultat diżastruż pendenti, l-aktar dwar id-distakk qawwi li hemm fil-fiduċja tal-elettorat bejn il-Prim Ministru Robert Abela u Bernard Grech.
Marbut ma’ dan is-survey, hemm pendenża oħra. dik li tevolvi madwar id-Deputat Għawdxi Alex Borg, li l-establishment mhux se tħallih kwiet wara s-sensiela ta’ dikjarazzjonijiet li għamel waqt podcasts u fuq Facebook posts.
Wara l-attakk aħrax fuq Alex Borg minn Kevin Cassar, issa kien imiss lil The Shift News ta’ Caroline Muscat, l-eks campaign manager ta’ Simon Busuttil li fetħet attakk fuq Borg, billi fissrutu bħala ‘populist’ meta tkellem dwar id-deċiżjoni tal-Gvern li jillimita n-numru ta’ nies li jistgħu jżuru l-gżira ta’ Kemmuna f’ġurnata.
Borg qal li l-aċċess għall-Maltin għal Kemmuna m’għandux ikun limitat.
Iżda The Shift News attakka lil Borg fuq dan, u b’artiklu bil-firma ta’ Ivan Camilleri, Borg kien ridikolat għall-pożizzjoni tiegħu, għaliex espert legali sostna li l-istess Borg messu jaf aħjar li ma tista’ ssir l-ebda diskriminazzjoni bejn Maltin u barranin.
F’post twila biex iwieġeb għal dan l-attakk, Alex Borg għal drab’ oħra rnexxielu jikseb appoġġ mingħand għadd ta’partitarji Nazzjonalisti moderati, li reġgħu fetħu l-kanuni fuq l-establishment estremista li ħataf lill-PN u li qed jattakka lid-Deputati Nazzjonalisti li ma jaħsbuhiex bħalhom.
Dawn iż-żewġ istanżi qed jitqiesu bħala l-bidu ta’ kriżi mġedda fi ħdan il-PN, fejn issa li għaddew il-btajjel tal-Għid u m#hemmx aktar safar għall-Bernard Grech, jistgħu jibdew isiru l-kontijiet.