Attivisti ta’ Repubblika u Occupy Justice iddikjaraw li se jkomplu jżommu kontroll fuq il-Monument Nazzjonali tal-Assedju l-Kbir.
F’post fuq Facebook, l-attivisti ta’ Occupy Justice sostnew l-isfida tagħhom lejn Neville Gafa li kompla jpoġġi aktar placards li jesponu l-verita’ moħbija dwar il-ħajja privata ta’ Daphne Caruana Galizia, fosthom dwar il-gwaj ġudizzjarji tagħha fuq vjolenza domestika, każ ta’ hit and run, u evażjoni fiskali li tlaħħaq mal-€100,000.
Occupy Justice qalet li rrappurtat lil Neville Gafa lill-Pulizija.
Żiedet ukoll li se terġa tpoġġi fjuri, xemgħat utifkiriet oħra ta’ Caruana Galizia kull meta dawn jitneħħew.
Dan is-sit qed joffri u jagħti l-appoġġ kollu li hemm bżonn lejn Neville Gafa.