Għaddiet kwasi ġimgħa mill-funeral tal-mibki Papa Franġiskum u għadha tidwi l-kundanna lejn Bernard Grech, li f’mument tant solenni dehrlu li kien ‘opportun’ li jieħu selfie.
Grech ħass li kellu jieħu selfie mal-eks Presient Amerikan Joe Biden ftit passi l-bogħod mill-altar u mit-tebut ta’ Papa Franġisku fi Pjazza San Pietru.
Fuq il-paġna Facebook tiegħu, Bernard Grech ppubblika ritratti li ħa hu stess mit-telefon ċellulari tiegħu, qisu tifel waqt ġita. Fost ir-ritratti li ħa hemm il-wasla tal-President Amerikan Donald Trump fi Pjazza San Pietru.
Grech ivvjaġġa lejn Ruma flimkien mal-President tar-Repubblika Miriam Spiteri Debono u mal-Prim Ministru Robert Abela.