Il-folla enormi li llejla ħonqot it-toroq tal-Kapitali Valletta kellha messaġġ ċar lill-Partit Nazzjonalista u lill-estremisti tagħha: Il-Partit Laburista hu magħqud, b’saħħtu u mhux lest li jittollera aktar ħsara lill-pajjiż.
Fl-isfond ta’ ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem, il-poplu li rrisponda għas-sejħa tal-Partit Laburista, ha l-opportunita’ li juri li għadu hemm b’appoġġ sħiħ lejn il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, u kkonferma li l-PL kien u għadu l-akbar forża politika fil-pajjiż.
L-entużjażmu fost il-folla kien rifless ta’ poplu ferħan u sodisfatt, li 12-il sena ta’ tmexxija Laburista ra tkabbir ekonomiku liema bħalu, fejn tkattar ix-xogħol u l-ġid fil-pajjiż.
Il-poplu Laburista attenda bi ħġaru biex juri li mhux hu grat għal din il-ħidma, iżda fuq kollox irid jibgħat messaġġ ċar lill-Partit Nazzjonalista li mhux se jħallih jilgħab aktar bil-futur tal-pajjiż, jew li jħalli lill-estremisti tiegħu jittantaw jiddestabbilizzaw lill-pajjiż.
Il-manifestazzjoni tal-lum tikkonferma, kif l-aħħar kummiedji mill-estremisti Nazzjonalisti, reġa’ qajjem il-qlubija u l-iljun fi ħdan il-poplu Laburista, u li minn issa ‘l quddiem m’hemmx aktar ċajt mal-mexxejja tagħna, ma’ niesna, ma’ wliedna u mal-Partit tagħna.