Qas laħaq wasal lura Malta wara kwasi ġimgħatejn msiefer, li Bernard Grech ma spiċċax jitwaqqa’ għan-nejk mill-media tiegħu stess.
One News qed jirrapporta leak serju minn ħdan id-Dar Ċentrali, fejn in-NET NEWS Stess kixfet x’se jgħid Bernard Grech illum għall-Festa tal-Ħaddiem.
One News qed jirrapporta kif fuq is-sit tal-aħbarijiet ta’ Net News ħareġ artiklu bi żballu ftit minuti wara, numru ta’ persuni fi ħdan id-Dar Ċentrali għamlu kuntatt ma’ dan l-istazzjon fejn spjegaw kif l-artiklu fil-fatt ma ġie ppubblikat bi żball xejn u kien intiż biss biex iħammar wiċċ it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista u l-Partit innifsu.
Dan hekk kif l-artiklu kien jinkludi dak li se jgħid il-Kap u li ma kienx hemm qbil fuqha internament fi ħdan id-Dar Ċentrali peress li l-Partit Nazzjonalista m’għandux kredibbiltà fuq it-tnaqqis tat-taxxa u l-finanzi tal-pajjiż.
Apparti min hekk is-sorsi tagħna qalulna hekk.
“Ara min se jemminna li se nnaqqsu t-taxxa minn fuq il-Part-time u l-over-time meta aħna fil-Gvern lanqas konna kapaċi nħallsu tal-over-time lil ħaddiema tas-servizz pubbliku.”
L-istess sorsi spjegaw fi sfond ta’ dan id-diżgwid intern, numru ta’ persuni għamlu kuntatt ma’ ħaddiema fi ħdan NET News biex jiżvelaw dawn id-dettalji, intiżi biss iħammru wiċċ il-Kap u l-Partit Nazzjonalista.
Komplew jgħidulna kif “il-kredibbiltà fuq l-ekonomija hi zero. Fl-aħħar snin lanqas konna kapaċi noħorgu b’Dokument ta’ qabel il-Bagit. Ħadd ma jeħodna bis-serjeta fuq l-ekonomija.”
Intant l-istess sorsi kixfu wkoll l-għażla wara l-post li fiha l-Partit Nazzjonalista għażel jagħmel l-attività ta’ Jum il-Ħaddiem.
“Wara li Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami kienu ordnaw lil Bernard Grech biex l-attività tal-lum issir quddiem l-Ambaxxata Amerikana, għax kienu qed jittamaw li din se tagħlaq, u Grech kien mistenni jagħmel diskors shih dwar dan- sakemm l-istess Ambaxxata gidbet l-allegazzjoni tagħhom, issa li dak il-pjan fallihom, Karol u Beppe daħlu wegħda dwar it-taxxa fl-istess diskors ta’ Grech.”