Il-pseudo attivista ta’ Repubblika Rachel Williams ma sħatx terġa tirrepeti gidba fuq l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, iżda fl-istess ħin tibqa’ taħbi verita’ dwarha, li sal-lum qed tipprova taħrab minnha/
Williams, li reġgħet rikbet fuq gidba ripetuta ta’ Jason Azzopardi b’dikjazrazzjoni assurda relatata mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, tippreferi tikteb u takkuża lil ħaddieħor, filwaqt li tħabi verita’ dwarha li ilha issa kwasi sentejn taħrab minnha.
Fl-2023, Williams tilfet libell li kienet għamlet lill-eks Ministru Chris Cardona, u kienet weħlet l-ispejjeż kollha tal-Qorti li sal-lum għadha ma ħallsitx, tant li qed tkun imfittxija għal dawn il-flus.
Din is-suppost attivista ilha s-snin tikdeb u tħarref fuq Joseph Muscat u fuq esponenti tal-Partit Laburista.
Intant, l-ipokreżija ta’ Rachel Williams tkompli tippersisti hekk kif dan l-aħħar sabet impjieg bħala real estate agent, iżda fl-istess waqt titkaża bl-iżvilupp tal-bini.