Wara kwasi sena li ilu jservi bħala MEP tal-Partit Nazzjonalista, Peter Agius irnexxielu jakkwista ritratt ‘sfurżat’ mas-suppost ‘sħabu’ David Casa u Roberta Metsola.
Dan ir-ritratt ttieħed waqt il-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew f’Valencia fi Spanja fejn attenda wkoll Bernard Grech, u kellha tkun laqgħa mad-delegazzjoni ta’ Grech li wasslet għar-ritratt.
Agius, ilu x-xhur jilmenta mal-amministrazzjoni tal-PN li Casa u Metsola jinjorawh u jeskluduh totalment mill-ħidma tal-Parlament Ewropew.
Casa u Metsola jqisu lil Agius bħala ‘skerż’ u u ma jriduħx ma’ djulhom, u qalulu f’wiċċu li ma jafdawħx għaliex mhux mill-klikka tagħhom.
Filwaqt li mal-mejda fil-laqgħa ma’ Bernard Grech, Peter Agius kien ma’ Casa u Metsola, fit-tieni ritratt iżda, għażel li jkun ħdejn il-Kap b’Metsola u Casa flimkien fuq in-naħa opposta.