Ta’ Repubblika jidhru li issa qatgħu qalbhom u fl-aħħar indunaw li mar-reżistenza persistenti ta’ Neville Gafa sabu għadma iebsa.
Wara 24 siegħa, il-Monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt qed jesponi biss placards mpoġġija minn sieħbi Neville Gafa, u ta’ Repubblika ma fadal xejn, u ta’ Repubblika qas indenjaw ipoġġu l-ġodda.
Neville Gafa qed jeżerċita d-dritt tal-espressjoni tiegħu billi jesponi placards b’kitba ċara dwar il-verita moħbija tal-ħajja privata ta’ Daphne Caruana Galizia, fosthom dwar il-gwaj ġudizzjarji tgaħha dwar vjolenza domestika, każ ta’ hit and run u kont ta’ €100,000 f’taxxa tal-VAT mhux mħallsa, li bil-Liġi tal-lum tiswa daqs money laundering.
Neville Gafa għandu l-appoġġ kollu tiegħi u tal-crew ta’ Reżistenza.org li qed tingħaqad mal-ġlieda tiegħu kontra l-arroganza ta’ Repubblika u organizazzjonijiet satelliti tagħha, li matul dawn l-aħħar snin ħadmu b#kemm felħu biex għamlu l-ħsara personali lil tant nies esponenti fil-Partit Laburista, u għaldaqstant ħsara lill-Malta u lill-Maltin.