One News qed jirrapporta dalgħodu li Robert Aquilina – ħu l-Kap de facto Nazzjonalista Karol Aquilina – mar fuq Facebook fl-aħħar jiem fejn għamel eloġju lill-eks Ministru ta’ GonziPN u Avukat tal-għaqda Repubblika, Jason Azzopardi.
Aquilina, fil-fatt, sejjaħ lil Azzopardi bħala “qalbieni”, imbagħad qal li, flimkien miegħu, se jeħilsu mill-Gvern li sejjaħlu “Mafja”.
Kif inhu diġà magħruf, Jason Azzopardi u Robert Aquilina huma ħaġa waħda. It-tnejn li huma jqattgħu l-ġranet tagħhom jattakkaw lill-Gvern u lill-Partit Laburista, kif ukoll saħansitra lil Nazzjonalisti li mhumiex parti mill-klikka estremista tagħhom.
DEPUTATI MWERWRIN
Sadanittant, One News qed jirrapporta wkoll li sorsi midħla tad-Dar Ċentrali qed jgħidu li “d-deputati (Nazzjonalisti) mwerwrin li jispiċċaw huma wkoll fil-mira”, partikolarment tal-estremisti, bħall-aħwa Karol u Robert Aquilina, Beppe Fenech Adami, Jason Azzopardi u anke Kevin Cassar, ħaten Beppe Fenech Adami.
“Hemm biża’ kbir fost id-deputati li jurtaw lil dawn (tal-fazzjoni estremista). Jafu li jekk jurtawhom jispiċċaw fil-mira tal-attakk tagħhom, kif spiċċa kemm-il darba (Adrian) Delia … erħilu issa ntefa’ jilgħaqhom”, komplew is-sorsi, li wkoll indikaw lil oħrajn li kapaċi jmorru għal għajn l-establishment.
Fost dawn issemmew Graham Bencini, Claudette Buttigieg, Albert Buttigieg, Ryan Callus u David Agius, li kontinwament jilagħqu lil Karol u lil Beppe, aktarx minħabba tali biża’ wkoll.
AQRA RAPPORT SĦIĦ TA’ ONE NEWS HAWNHEKK: