Dalgħodu, Neville Gafa għamel rapport formali lill-Pulizija dwar il-placards li ntremew wara li tpoġġew b’risposta għal placards oħrajn mpoġġija minn attivisti ta’ Repubblika mal-Monument tal-Assedju.
Ir-rapport sar fl-għassa tal-Belt Valletta, wara li ma’ sbieħ dalgħodu, ntremew il-placards li tpoġġew minn Neville Gafa u minni.
Ir-rapport sar fuq il-bażi tal-ksur tal-ordni tal-Qorti preseduta mill-Imħallef Joseph Zammit McKeon – illum l-Ombudsman – li sostna li tpoġġija tal-placards mal-Monument tal-Assedju jirrapreżentaw il-liberta’ tal-espressjoni/
Bit-tneħħija tal-placards tagħna, ifisser li min neħħihom u ramihom kiser l-ordni tal-Qorti stess li fittxew għad-dritt tagħhom permezz tal-attivist Manwel Delia.
Il-Pulizija ntalbet tirrikorri għall-kameras tas-sigurta’ tal-madwar, li huma numerużi.
Imiss issa li l-Kummissarju tal-Pulizija – bħalma tressqu nies oħra li neħħew placards ta’ Repubblika – jitressqu wkoll il-Qorti lil min mar u rama’ tagħna.
Il-video li tellajna dal-lejla minn mal-Monument tal-Assedju, għal dalgħodu fejn tneħħew il-placards tagħna.