Kmieni dalgħodu esponenti ta’ Repubblika neħħew u ramew il-pacards li poġġejna jien u Neville Gafa mal-monument tal-Assedju l-Kbir tard il-bieraħ filgħaxija.
Din hi l-liberta’ tal-espressjoni skont Repubblika! Li jesponu huma biss! Li jikkapparraw Monument Nazzjonali u jagħmluh tagħhom biss!
Dan issa ssarraf fi ksur sfaċċat tal-ordni tal-Qorti kif imposta mill-Imħallef Zammit McKeon u li permeżż tagħha l-esponent ta’ Repubblika akkwista d-dritt tal-espressjoni biex ipoġġi placards hu l-istess Repubblika ma’ dan il-Monument Nazzjonali.
Il-placards kif tpoġġew il-bieraħ filgħaxija
Fil-filmat miġbud dalgħodu, jidher ċar li l-placards li poġġejna l-bieraħ bil-lejl tneħħew u ntremew.
Ninsabu infurmati li l-ordni biex jintremew l-affarijiet ħarġet ċara bit-telefon kmieni dalgħodu wara li raw il-video fuq din il-paġna kif ukoll fuq il-profili Facebook tiegħi u ta’ Neville Gafa.
”Neġġu l-imbarażż ta’ Neville u ta’ Karl!’ kienet l-ordni mill-amministrazzjoni ta’ Repubblika.
Intant, ladarba nkisret il-liberta’ tal-espressjoni kif imposta mill-Qorti, jien u Neville se neżigu li l-Pulizija tifli l-kameras tas-sigurta taż-żona kolha u tressaq il-Qorti li min xekkel il-liberta’ tal-espressjoni tiegħi u ta’ Neville Gafa.