Il-fażżjoni estremista tal-Partit Nazzjonalista mmexxija mill-aħwa Karol Aquilina huma rrappurtati li diġa wasslu l-messaġġ ċar u tond lil Bernard Grech biex malli jgħaddu l-festi tal-Gġid il-Kbir, iħabbar it-tluq tiegħu bħala l-Kap tal-PN,. Jekk le, se jqajmulu r-rebus u jitkisser hu.
Imkejjen viċin id-Dar Ċentrali spjegaw lil dan is-sit li l-ewwel twissija lil Grech ngħatat mill-ewwel paġna tal-gazzetta ‘Illum’ li spjegat li Grech ma kienx kapaċi jċaqlaq xejn fil-PN, filwaqt li messaġġ ieħor twassallu l-bieraħ filgħodu wiċċ imb’ wiċċ minn rappreżentant tagħhom, u kompluta filgħaxija b’artiklu f’The Shift News ffirmat minn Caroline Muscat, li bla tlaqliq fissret lil Grech bħala ‘biċċa paljazza tal-platti’.
RITRATT: Bernard Grech diġa’ kien mwissi mill-estremisti biex ‘iwarrab bil-kwiet’ inkella se jitkisser
Grech minn-naħa tiegħu mhux qed jirreaġixxi la internament u lanqas fuq barra mid-Dar Ċentrali, u b’iinkredulita’ tas-Segretarju Ġenerali Charles Bonello li jaf x’inhu għaddej, imur iħabbar attivita għall-partitarji biex jattendu għal ‘Festa Familja’ għall-1 ta’ Mejju f’Ta’ Qali.
RITRATT: Charles Bonello, mar isejjaħ lill-partitarji għall-1 ta’ Mejju, minkejja l-kriżi kbira tal-Kap
Filwaqt li Bernard Grech qed iqatta dawn il-ġranet iżur l-imwejjed tal-appostli u l-wirjiet tal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira, u ftit li xejn qed ikun l-uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali, dan qed iwassal għal vakum fl-amministrazzjoni tal-partit, tant li quddiem din il-kriżi li qed tiggrava bis-siegħat lanqas issejħet laqgħa tal-Grupp Parlamentari, bid-Deputati jitħallew fl-għama fuq x’qed jiġri.
L-ewwel paġna tal-gazzeta ‘Illum’ nhar il-Ħadd li għadda li għolliet is-siparju għall-inkwiet ta’ Bernard Grech