Dan is-sit jirrikonoxxi, li s-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Partit Nazzjonalista hu ġenju!
Flimkien mal-aktar żewġ esponenti ‘mimlija ħeġġa’ biex jaħdmu, Charles Bonello ħabbar it-tema li għażel għall-PN biex jitfakkar Jum il-ħaddiem.
Fil-presenża ta’ Stefan Caruana u Ivan Castillo, is-Segretarju Ġenerali tal-PN żvela lill-istampa l-kapulavur politiku tiegħu. It-tema tal-PN għal Jum il-Ħaddiem se tkun, ‘Xogħol, Ħajja, Kwalita’.
WĊUĦ MIMLIJA ĦEĠĠA W ENTUŻJASTI: Stephen Caruana u Ivan Castillo
Fi kliem sempliċi, Charles Bonello wera lill-pajjiż kemm hu ġenju!
F’kolp wieħed, il-PN elenka l-prioritajiet li jeħtieġ hu stess biex jiggarantixxi s-sopravvivenza tiegħu stess.
- XOGĦOL: Il-PN għandu ħafna u ħafna xogħol x’jagħmel biex isolvi l-problemi kbar interni, fosthom il-firda u d-dejn.
- ĦAJJA: Hemm fazzjoni fil-PN li vera teħtieġ ssib ir-raġuni għall-ħajja minflok tkun negattiva u tossessjona fuq Joseph Muscat u l-Partit Laburista.
- KWALITA’: Il-poplu Malti u Għawdxi għejja jistaqsi lill-PN għall-beef fis-sustanża x’jgħid minn żmien għal żmien u li jibda jressaq proposti serji, studjati, costed u li jagħmlu sens, u fuq kollox, mhux il-kontra ta’ dak li għamel meta kien l-aħħar fil-Gvern qabel l-2013.
Ma spiċċatx hawnhekk, għaliex il-‘ġenju’ Charles Bonello sejjaħ konferenża tal-aħbarijiet u sejjaħ ħdejh lil Stefan Caruana, wara li seraqlu x-xogħol prospettiv ta’ Segretarju Ġenerali, billi ġiegħel lill-PN jobbligah jirtira n-nomina għall-kariga!
Lil Stefan ħallih biss bir-responsabbilta’ li jarma l-palki għal Bernard Grech, iżda mhux biex jitla hu fuqhom.
Intat, tħabbar ukoll li fl-1 ta’ Mejju, il-PN se jorganizza ‘Festa Familja’ fil-Park ta’ Ta’ Qali.
Stramba, jew qed jgħixu ġo bożża, jew vera jistmgħu lin-nies ta’ żibel, għaliex in-nies ilha tokorob tant għal xi forma ta’ sinjal ta’ ħajja mit-tmexxija tal-Partit wara s-survey tal-Ħadd, u baqgħu b’xejn!
Tal-PN, minflok għażlu li jibqgħu muti, ċassi, indifferenti sal-lum stess.
Insomma jekk trid ġenju fil-marketing, Charles Bonello is your man!
PS, ma nafx jekk Charles Bonello għażilx ir-ritratti li ttellgħu fuq il-paġna Facebook tal-PN, għaliex tiegħu ġie tajjeb, iżda tal-oħrajn ma tridx tkun ġenju biex tara li mhux adatti. Jew inkella ħallsu l-bolol tal-fotografu u ibgħatuh pensjoni kmieni.