Il-pseuda artista u attivista ta’ Repubblika u JusticeForDaphne Marisa Attard, ma stħatx tattakka lill-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat billi pinġietu bħala pupu tal-VooDoo għarwien.
Attard, li riedet tfakkar 90 xahar mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, għoġobha tinfexx f’Joseph Muscat u tellgħet tpinġija tal-pupu meħjut u għarwien.
F’dawn l-aħħar jiem, ta’ Repubblika u organizazzjonijiet satelliti tagħhom qed iżidu fid-doża ta’ attakki ħorox kontra esponenti tal-Partit Laburista, inkluż fil-konfront tal-Prim Ministru Robert Abela u l-eks Prim Ministru Joseph Muscat.
Bdew irewwħu kliem bħal ‘dittatur’, ‘reġim’ ‘stat mafjuż’ u oħrajn bl-iskop li jibqgħu jżommu l-kolp fuq kampanja li diġa tilfu, hekk kif hu imminenti li jikkollassa l-każ fażull li bnew bl-inkjesta falża dwar l-isptarijiet li tmexxiet mill-Maġistrat Gabriella Vella.
Illejla fil-Belt, waqt il-vġili ta’ kull xahar biex titfakkar Caruana Galizia, mistennija aktar attakki verbali minn Robert Aquilina, Manwel Delia, Vicky-Anne Cremona, Jason Azzopardi u Alessandra de Crespo.