L-Avukat Roberto Montalto hu mifhum li qatta’ l-bieraħ filgħaxija jibgħat għadd ta’ messaġġi ddisprati lil ħbieb u nies oħra, bl-iskop li jkun jista’ jtaffi ftit mill-pressjoni minn fuqu wara l-pubblikazzjoni tal-aħbar li nżammet mistura tal-akkuza b’arrest tiegħu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati dwar swat fuq mara.
Montalto ried b’saħħa imewwet l-impatt fuq l-opinjoni pubblika tar-recordings li xxandru minn www.NevilleGafa.Com u minn dan is-sit tat-theddid tiegħu lejn il-Pulizija tal-Għassa tal-Belt, kif ukoll ir-recording tal-inċident vjolenti li kellu fuq mara.
Iżda issa, www.NevilleGafa.Com qed jirrapporta li l-Avukat Roberto Montalto – li hu wkoll l-Avukat ta’ Daphne Caruana Galizia – qed jinsisti għal dritt ta’ risposta kif tipprovdi l-Liġi.
Montalto iżda, hu rrappurtat li minflok risposta bil-miktub, bagħat videos lil www.NevilleGafa.Com.
X’inhuma dawn il-videos se nkunu nafu dwarhom aktar il-quddiem.
Dan is-sit intant jispjega li għalkemm jemmen bis-sħiħ fil-prinċipju tal-presunżjoni tal-innoċenża sakemm tinstab ħtija, m’aħniex lesti li nakkomodaw l-ebda dritt għal risposta għal karattri bħala Roberto Montalto, li bis-saħħa tar-recordings mxandra sirna nafu tassew min hu.
Nemmnu li l-ebda dritt ta’ riusposta ma tista tiġġustifika la theddid fuq il-Pulizija u lanqas swat fuq mara, la minn raġel u wisq aktar minn Avukat li jitqies bħala ‘uffiċċjal tal-Qorti’.
Nemmnu li d-dritt ta’ risposta gġandha tingħata lill-vittma aktar minn ħaddieħor, kif ukoll lill-Puliizja li sfaw mhedda minn Roberto Montalto.