Il-Kandidat Nazzjonalist George Muscat attakka s-sistema tat-tips lil servituri ta’ ikel u xorb fi stabbilimenti u sejjaħ din is-sistema bl-EPOS bħala ‘tal-mistħija’.
SFAĊĊAT: Il-Kandidat tal-PN George Muscat attakka l-għajxien tal-ħaddiema tal-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb
Il-kumment ta’ Muscat hu elitist għall-aħħar u jattakka direttament lill-għajxien ta’ din il-kategorija ta’ ħaddiema bl-aktar mod oxxen.
Il-kumment jikkontrasta bil-qawwa mal-mod kif il-PN qed jipprova jiġbor ġieħu mal-ħaddiema b’laqgħat ma’ diversi kategoriji ta’ ħaddiema issa li riesaq jum il-ħaddiem.
Kif spjegawlu n-nies fuq Facebook, is-sistema tal-EPOS li titlob għal tips volontarjament mingħand il-klijent hi offruta mill-bank peress li l-pagament qed isir bil-card u mhux bil-cash fejn hu aktar faċli tagħti t-tips.