L-espressjoni fuq wiċċ Beppe Fenech Adami dalgħodu, f’ritratt miġbud maġenb Bernard Grech jirrakkonta ħafna!
Fenech Adami kien qed jakkumpanja lil Bernard Grech għal laqgħa mal-Kamra tal-Kummerċ bħala parti mill-attivitajiet tal-PN għal Jum il-Ħaddiem.
Filwaqt li l-konnessjoni ma’ Jum il-Ħaddiem u l-Kamra tal-Kummerċ tibqa’ vaga, Grech għamilha tal-prużuntuż u esprima dak li fisser bħala t-‘tħassib’ tiegħu fuq l-introduzzjoni tat-tariffi jew dażji mill-President Amerikan Donald Trump.
Iżda f’dan ir-ritratt meħud waqt din il-laqgħa, l-espressjoni fuq wiċċ Beppe Fenech Adami għal dak li seta kien qed jirraġuna dwaru Bernard Grech, jitkellem waħdu!
Dan apparti l-entużjażmu ta’ Fenech Adami għas-sitwazzjoni fil-PN bħalissa, b’Alex Borg il-ħin kollu fuq moħħu!