Minkejja d-diversi rapport fl-għases tal-Pulizija, l-arrest, l-akkużi fil-Qorti, il-bail u r-recordings tas-swat fuq mara u t-theddid fil-konfront tal-Pulizija, il-Kamra tal-Avukati baqgħet tinsisti li se tistenna l-eżitu tal-każ fejn jidħol Roberto Montalto.
F’kummenti lil dan is-sit, il-President tal-Kamra tal-Avukati sostna mill-ġdid dak li qal fil-bidu tal-ġimgħa: “id-dixxiplina tal-avukati skond il-Kostituzzjoni ta’ Malta, hi responsabilita’ unika ta’ kumitat indipendenti mill-Kamra”.
Fenech żied jgħid li “hemm numru ta’ avukati li qiegħdin jiffaċċjaw akkużi kriminali, u l-Kamra qatt ma kkumentant fuq l-ebda wieħed minnhom, u dan abbażi tal-preżunzjoni tal-innoċenża, sakemm ma tinstabx ħtija”.
L-AWDJO BIT-THEDDID TAL-AVUKAT ROBERTO MONTALTO LILL-PULIZIJA FL-GĦASSA TAL-BELT
Filwaqt li naqblu mal-Avukat Fenech fuq il-preżunżjoni tal-inniċenża qabel ma tinstab ħtija, nixtiequ iżda li nfakkru lill-Kamra tal-Avukati kienet mxiet b’riga differenti mal-Avukat Patrick Spiteri.
Jekk Peter Fenech fil-kumment tiegħu seta’ kien qed jirreferi għal xi niex li huma Avukati u implikati fil-każ Vitals, nfakkruh ukoll li ma jistax iħallat l-affarijiet ma’ xulxin, apparti li fil-każ Vitals, lkoll nafu kif saru l-affarijiet fl-Inkjesta tal-maġistrat Gabriella Vella.
L-Avukat Montalto kien mixli b’arrest u mhux b’ċitazzjoni.
L-AWDJO L-ĠDID ŻVELAT IL-BIERAĦ MINN WWW.NEVILLEGAFA.COM TAL-INĊIDENT VJOLENTI LI JINVOLVI SWAT FUQ MARA MINN ROBERTO MONTALTO
Hu akkużat b’reati serji ħafna relatai ma’ mġieba vjolenti fil-konfront ta’ nisa, u agħar minn hekk issa ħarġu wkoll recordings – u għad fadal x’joħroġ – tal-istess Avukat jhedded membri tal-Korp tal-Pulizija, kif ukoll recording waqt l-att vjolenti fuq mara.
Jekk għall-Kamra tal-Avukati dan kollu hu aċċettabbli, allura minn naħa tagħna, se nibqgħu nsostnu li m’għandux ikun il-każ, kemm għar-rispett lejn l-Istituzzjoni tal-Qorti, kif ukoll għas-sigurta’ tal-membri nisa tal-Ġudikatura.